
Geriatric Medicine
- section of UEMS
Delegates:
Melanie Debono
melanie.e.debono@gov.mtJohn Cordina
john.j.cordina@gov.mt------------------
Geriatrics in Malta
Il-Ġerjatrija hija speċjalizzjazzjoni fil-mediċina li tikkonċerna partikolarment kundizzjonijiet fiżiċi, mentali, funzjonali u soċjali fil-kura akuta, kronika, rijabilitattiva, preventiva kif ukoll dik lejn tmiem il-ħajja f’pazjenti anzjani.
Dan il-grupp ta’ pazjenti għandu livell ogħla ta’ fraĠilità u diversi mardiet attivi, u għalhekk għandu bżonn prattika olistika. Il-mard fl-anzjani jista’ jimmanifesta ruħu b’mod differenti, kultant huwa aktar diffiċli biex issir dijanjosi, idum ħafna biex jirrispondi għal-kura u spiss jirrikjedi għajnuna soċjali.
Għalhekk il-Ġerjatrija tmur ‘l hinn mill-mediċina li tispeċjalizza fuq organi speċifiċi peress li toffri terapija f’ambjent multidixxiplinarju, li l-iskop prinċipali tagħha huwa li tikseb l-aħjar stat funzjonali tal-persuna anzjana u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-awtonomija.
Il-Ġerjatrija mhijiex definita specifikament bl-età, però tittratta mard tipiku li huwa aktar komuni fl-anzjani. Il-maĠĠoranza tal-pazjenti jkunu qabżu l-65 sena iżda l-problemi li l-aktar ikunu trattatti mill-ispeċjalizzjazzjoni tal-Ġerjatrija huma aktar komuni f’dawk li jaqbżu it-80 sena.